L-Onor. Rosianne Cutajar tippreżenta pins b’simbolu tal-kampanja ‘Blue Heart’ lill-Ispeaker tal-Parlament u lill-Whips tal-gruppi parlamentari – One News

Notifiki

L-Onor. Rosianne Cutajar tippreżenta pins b’simbolu tal-kampanja ‘Blue Heart’ lill-Ispeaker tal-Parlament u lill-Whips tal-gruppi parlamentari

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar ippreżentat lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia u lill-Whips taż-żewġ naħat tal-Kamra: Glenn Bedingfield u Robert Cutajar pins b’simbolu tal-kampanja ‘Blue Heart’ kontra t-traffikar tal-persuni.

L-Onorervoli Cutajar sostniet li l-politiċi għandhom ikunu minn ta’ quddiem fil-ġlieda kontra dan ir-reat, filwaqt li jkunu ta’ eżempju. Hija apellat biex jintlibsu dawn il­-pins bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar it-traffikar tal-bnedmin.

Malta ngħaqdet uffiċjalment fil-‘Blue Heart Campaign’ fit-23 ta’ Lulju – kampanja internazzjonali li tqajjem kuxjenza biex intejbu l-isforzi globali fil-ġlieda tagħna sabiex nipprevjenu t-traffikar tal-bnedmin u l-impatt ta’ dan il-fenomenu fuq is-soċjetà.

Il-kampanja ‘Blue Heart’ qed issir iktar magħrufa ukoll bħala s-simbolu kontra t-traffikar tal-bnedmin, fejn fuq naħa tirrapreżenta s-sofferenza tal-persuni traffikati, u fuq in-naħa l-oħra l-qalb kiefra tat-traffikanti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend