Jingħata l-ħelsien mill-arrest b’rabta ma’ sejba ta’ droga – One News

Notifiki

Jingħata l-ħelsien mill-arrest b’rabta ma’ sejba ta’ droga

Emanuel Brignone ta’ tmienja u ħamsin sena, minn Bormla ngħata l-ħelsien mill-arrest, wara li l-ġimgħa li għaddiet nżamm taħt arrest preventiv b’rabta ma’ sejba ta’ droga.

Il-missier kien arrestat tliet xhur wara li wliedu, Joseph u Annalise kienu akkużati b’pussess aggravat ta’ droga kokaina, kannabis u droga oħra.

Il-ġimgħa li għaddiet il-missier wieġeb mhux ħati li ttraffika d-droga kokaina, kannabis u oħrajn sintetiċi. Kif ukoll li kellu fil-pussess ta’ droga li ma kienx jidher li kienet għall-użu personali.

Huwa kien akkużat li wettaq dan ir-reat f’post viċin li jkun iffrekwentat miż-żgħażagħ.

Il-Maġistrat Neville Camilleri ta l-libertà kundizzjonata lill-imputat fuq depożitu ta’ ħamest elef ewro u garanzija personali ta’ għoxrin elf ewro.

Huwa ġie ordnat jiffirma kuljum l-għassa u jkun id-dar bejn it-tmienja ta’ filgħaxija u s-sitta ta’ filgħodu.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Mark Anthony Mercieca. Filwaqt li għall-akkużat dehru l-avukati Franco Debono, Amadeus Cachia u Francesca Zarb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend