19-il immigrant li ddaħħlu f’pajjiżna jirriżultaw fil-pożittiv għall-Covid-19 u ġew iżolati – One News

Notifiki

19-il immigrant li ddaħħlu f’pajjiżna jirriżultaw fil-pożittiv għall-Covid-19 u ġew iżolati

Fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa ntqal 33 immigrant li lbieraħ iddaħħlu f’Malta ġew iżolati u sarilhom test għall-Covid-19.

Intqal li 19 minn dawn it-33 immigrant ittestjaw fil-pożittiv.

Il-Gvern irrimarka li bħalma hija l-proċedura normali, l-immigranti li jaslu bil-baħar jinżammu immedjatament fi kwarantina u jiġu ttestjati.

L-immigranti li nstabu li huma pożittivi se jibqgħu jinżammu f’iżolament f’parti fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Far u l-bqija tal-immigranti li ma rriżultawx fil-pożittiv se jibqgħu fi kwarantina u jiġu segwiti.

Aqra wkoll:

Se toħroġ sejħa għal bastiment biex ikunu iżolati immigranti irregolari

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend