Raġel ta’ 32 sena residenti San Pawl il-Baħar nżamm arrestat wara li allegatament seraq fanal minn mutur.
Il-każ ġara fi Triq Ġilormu Cassar il-Belt Valletta.
Minn filmati elevati minn kameras tas-sigurtà li nġabru, ġie stabbilit illi min wettaq ir-reat għamel dan billi kien qed jagħmel użu minn mutur misruq.
F’ronda mill-Pulizija tad-distrett nhar it-Tnejn, intlemaħ dan il-mutur misruq fejn sussegwentament ġie arrestat ir-raġel.
Wara tfittxija ġewwa r-residenza tiegħu, instab il-fanal misruq u diversi oġġetti relatati mal-mutur misruq.
Huwa wieġeb mhux ħati.