Mil-lum tiżdied ġurnata oħra leave għall-ħaddiema  – One News

Notifiki

Mil-lum tiżdied ġurnata oħra leave għall-ħaddiema 

Mil-lum kull ħaddiem uffiċjalment ingħatalu jum ‘leave’ miżjud għal din is-sena.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Impjiegi u u r-Relazzjonijiet industrijali  Carmelo Abela hekk kif spjega li ż-żieda addizzjonali ta’ tmien sigħat leave oħra bi ħlas kienet imħabbra fil-Budget 2020.

B’din il-ġurnata oħra leave din hija t-tielet sena konsekuttiva li l-Gvern qed irodd lura ġurnata leave lill-ħaddiema biex b’hekk jagħmel tajjeb għall-ġranet tal-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa.

“Għat-tielet sena konsekuttiva Gvern Laburista żamm kellmtu mal-ħaddiema fejn dawk il-festi li jaqgħu s-Sibt jew il-Ħadd qed jingħataw lura lill-ħaddiema tagħna wara li  ħaddieħor kien neħħihom u ħadomlhom.”

Fi stqarrija tal-Gvern ġie spjegat kif is-sigħat addizzjonali ta’ leave bi ħlas għandhom jingħataw b’żieda ma’ dawk is-sigħat ta’ leave bi ħlas li huma diġa provduti kemm bil-liġi u anke ma’ kundizzjonijiet stabbiliti fil-kuntratt tax-xogħol.

Il-Ministru Carmelo Abela qal li b’hekk Gvern Laburista qed jagħti lill-ħaddiem jum ieħor fis-sena biex dan iqattgħu kif jixtieq hu.

Jum li jissarraf f’nifs ieħor lill-ħaddiema tagħna biex jiffukaw fuq il-ħajja ’l bogħod mix-xogħol; mal-familja tagħhom jew f’ambjenti li jirrilassawhom.

“Bħala Gvern kburin li qed nippruvaw nilħqu u nagħmlu l-għalmu kollu tagħna biex dan il-bilanċ nilħquh ħalli b’hekk anke l-ħaddiema tagħna jkollhom mhux biss id-dħul xieraq permezz tal-ħidma tagħhom imma li jkunu kuntenti li jsibu aktar ħin biex iqattgħu mal-għeżież tagħhom.”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Irrid nghid grazzi lil dan il gvern li taghna dawk il granet li konna gejna misruqin min gvernijiet ta qabel. Imma din is sena ma nafx ghal liema raguni il leave taghna gie mehud kollu mil employer taghna u jekk tinghalalek emergenza u jkollok bzonn gurnata din taqa bhala unpaid. Ma nafx xihni ir raguni ghal din u il ghala il gvern ma hax passi kontra dawn labbuzi li qed issiru sfacatament mil employers. Bliema dritt hadulna il leave meta il gvern kien qed johrog il paga taghna u mhux lemployer. jista xi hadd jiehu passi fuq din. nitaghma li dan il messagg ma jaqax fuq widejn torox grazzi

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend