Mbong lest ma’ Ħamrun – imiss Guillaumier u Shaw – One News

Notifiki

Mbong lest ma’ Ħamrun – imiss Guillaumier u Shaw

Kif ħabbret din il-paġna lbieraħ filgħaxija, it-trasferiment tal-internazzjonali Malti Joseph Mbong minn ma’ Hibernians F.C. għal ma’ Ħamrun Spartans FC ser isir minkejja rapporti f’mezzi tax-xandir oħra li t-trasferiment kien għadu mhu magħluq.

Kienet propju din il-paġna li lbierah żvelat li kien intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet bit-tim tal-Ħamrun iħallas is-somma mitluba minn Hibernians FC.
Madankollu, Mbong mhuwiex ser jkun l-aħħar akkwist tal-impreditur Joseph Portelli. Portelli flimkien mal-kumitat ta’ Ħamrun Spartans issa jidher li ser jiffukaw fuq żewġ plejer żgħażagħ oħra.
Kif kien irrapurtat fuq din il-paġna ukoll, Matthew Guillaumier ta’ Birkirkara F.C. u issa ukoll Kurt Shaw ta’ Sliema Wanderers FC huma l-miri ġodda ta’ Ħamrun.
Minkejja s-somma kbira mitluba minn Birkirkara FC għal Guillaumier, jidher li xejn mhu qed jaqta’ qalb it-tmexxija ta’ Ħamrun Spartans anzi milli informazzjoni li għanda din il-paġna l-iSpartans huma kunfidenti li jaslu f’ftehim mal-iStripes.

Jidher ukoll fil-jiem li ġejjin Ħamrun ser jkunu qed jiftħu n-negozjati ma’ Sliema Wanderers FC sabiex jakkwistaw lid-difensur Kurt Shaw li interessati fih hemm ukoll timijiet Svizzeri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend