L-aktar student anzjan fl-Universitajiet Taljani għadu kif gradwa fl-Istorja u l-Filosofija. Giuseppe Paternò kien beda l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Palermo fl-2017, u ggradwa llum, l-Erbgħa, fl-età ta’ 96 sena.
Fuq il-midja Taljana qed ikun irrappurtat li n-nannu gradwat għadda mill-eżamijiet kollha, tant li qed ikun deskritt bħala ‘fenomenu’. L-anzjan innota wkoll li ggradwa fl-istess jum li erbatax-il sena ilu, telqitu martu.
Huwa qal li tul il-lockdown totali fl-Italja kellu ħin kemm xtaq biex jiffoka fuq it-teżi u l-istudji tiegħu. Huwa kellu wkoll parir sempliċi iżda siewi għaż-żgħażagħ: ‘studjaw, studjaw, studjaw!’.