Waqt żjara fl-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, l-EASO, il-President ta’ Malta George Vella faħħar lil dan l-uffiċċju għall-mod komprensiv ħafna li bih jindirizza l-kwistjoni tal-ażil.
Il-President George Vella ltaqa’ mad-Direttur Nina Gregori, li spjegaw dwar il-mod tanġibbli ta’ kif tingħata assistenza lill-awtorijiet Maltin u lil sħab oħrajn biex jiġi indirizzat ix-xenarju tal-ażil.
Huwa qal li l-kwistjoni tal-migrazzjoni hija waħda fit-tul u li minkejja l-isforzi u l-kampaniji kontinwi, in-nies xorta waħda se jkunu kostretti jitlqu minn pajjiżhom. Huwa qal li l-prinċipju ta’ solidarjetà jeħtieġ li jirrenja fi ħdan l-Unjoni Ewropea biex jiġi żġurat tqassim ġust tal-piż.