Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Fondazzjoni Kottonera se tkun qed toħroġ sejħa biex ikunu megħjuna għaqdiet mhux governattivi fit-Tliet Ibliet u l-Kalkara.
Dan tħabbar miċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera Glenn Bedingfield waqt li kien qed jinawgura l-wirja “Tieqa Fuq l-Istorja”, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ Fondazzjoni Wirt Artna Maria Farrugia.
Bedingfield qal li dan il-fond se jkun qed jassisti l-għaqdiet mhux governattivifi proġetti u inizjattivi għal matul ix-xhur li ġejjin.
Din il-wirja li ġiet inawgurata dalgħodu qed tiftaħ tieqa fuq l-istorja tal-Kottonera ġewwa l-Malta At War Museum. Iċ-Chairman ta’ Fondazzjoni Kottonera Glenn Bedingfield qal li l-gwerra kienet turning point għall-Kottonera u ħalliet marka li għadha tinħass sal-lum, hekk kif ħafna familji telqu mill-Kottonera.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna Mario Farrugia qal li din il-wirja hija dwar maskli tal-gass li kienu jintużaw fil-gwerra.