Il-FAM isalvaw 33 immigrant – One News

Notifiki

Il-FAM isalvaw 33 immigrant

Dalgħodu tlieta u tletin immigrant iddaħħlu f’Boiler Wharf fl-Isla wara li ġew salvati fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Dawn l-immigranti se jinżammu fi kwarantina għall-erbatax-il jum u jsirilhom it-test għall-COVID-19 kif inhi l-proċedura normali.

Il-grupp ta’ immigranti huma kollha rġiel u ddaħħlu fuq il-patrol boat P51.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend