Diversi studenti tal-11-il sena temmew b’suċċess mill-Iskola Nazzjonali tal-Isport. Dawn l-istudenti ġew ippreżentati b’ċertifikati lill-istudenti mill-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ.
Din l-iskola tagħti ċans lill-istudenti-aleti ta’ bejn is-seba’ sena u l-ħdax-il sena skolastika li jsegwu programm speċjalizzat fuq dixxiplini sportivi differenti. Dan iċ-ċertifikat li jingħata wara li l-istudenti jtemmu dawn il-ħames snin għandu l-istess valur daqs iċ-ċertifikat tal-Matrikolazzjoni tl-Università ta’ Malta.
Il-Ministru Bonnici qal li din l-iskola għandha l-irwol fundamentali li tiżviluppa studenti-atleti ddeterminati u li kapaċi jirnexxu. Huwa qal li l-Gvern jinsab kommess li jipprovdi lill-istudenti għarfien edukattiv vast kemm jekk ikun akkademikament u anke dak relatat mal-isport.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li għandu jkun assigurat li dawn l-istudenti jingħataw l-għodda meħtieġa sabiex ikomplu jiżviluppaw fid-dixxiplina sportiva tagħhom u jkomplu jiksbu riżultati pożittivi għall-pajjiżna.