Dik li trid tieħu post Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni, Therese Comodini Cachia, ċaħdet l-għażla li għamlu t-tesserati meta ddeċidew li jeleġġu lil Delia bħala Kap Nazzjonalista.
Din id-dikjarazzjoni saret fil-programm Realtà mxandar fuq l-istazzjon nazzjonali.
Hija kienet mistoqsija mill-preżentatur jekk taqbilx li l-għażla tat-tesserati diġà saret tliet snin ilu.
“Ikollok min jgħid li mhux diġa għażlu t-tesserati? Le”
Comodini Cachia qalet li t-tesserati għandhom jerġgħu jagħżlu Kap ġdid anki jekk Delia ġie magħżul b’vot demokratiku tat-tesserati ta’ tliet snin ilu.
Qalet dan f’kuntest tar-riżultati elettoraliu u sondaġġi li għandu fuq rasu Delia.
Dan kollu jmur kontra dak li qed isostnu tal-fazzjoni Delia, fosthom deputati leali lejn il-Kap li sostnew li bl-istess raġunament huma setgħu jisfiduċjaw lil Simon Busuttil li fi żmien ukoll ma kienx hemm sondaġġi sbieħ għall-partit u riżultati elettorali ħżiena.
Min-naħa tagħha, Comodini Cachia sostniet li hi ppruvat tgħin u mhux tagħti l-gambetti lil Delia, meta qalet li kienet tiktiblu l-istqarrijiet.
B’din id-dikjarazzjoni, l-opinjonista Simon Mercieca li wkoll kien qed jieħu sehem fil-programm, qal li din turi kif il-fazzjoni Busuttil baqgħet akkost ta’ kollox biex tqaċċtu.
“Therese qed tammetti li tagħkom l -id tal hbiberija u nvolvikom u għamiltulu bħal Brutus u tajtuh daqqa bis-sikkina kif Brutus għamel lil Ġulju Ċesare”
Comodini Cachia ppruvat tgħid li d-deputati nazzjonalisti baqgħu jgħinu lil Delia iżda Dr Simon Mercieca, malajr irribatta u xejjen l-argument.
“Li Simon jgħid li kien qed jiġi mminat jien nixtieq insaqsih.”
“Skużani, b’kull rispett li partit maqsum, li mill-ewwel ġurnata kien hemm grupp ta’ nies li lil Adrian Delia ma riduhx? Mhux ovja hemm bżonn hemm barra tmur tgħid li mhux vera? Issa jekk tgħid hekk anka inti ammettejta, jiena fi tliet ijiem għamilt dak li Adrian Delia m’għamilx fi tliet snin – ġibt l-għaqda.” Mhux hekk għidt inti? Mela vera kien maqsum. Kliemek stess jikxfek, bħal ta’ Kristu din Therese.”