65 immigrant li ddaħħlu f’pajjiżna jirriżultaw fil-pożittiv għall-COVID-19 u qed jinżammu f’iżolament – One News

Notifiki

65 immigrant li ddaħħlu f’pajjiżna jirriżultaw fil-pożittiv għall-COVID-19 u qed jinżammu f’iżolament

Fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ntqal li l-94 immigrant li lbieraħ iddaħħlu f’Malta ġew iżolati u sarilhom test għall-Coronavirus.

Ġie spjegat li s’issa huma disponibbli r-riżultati tat-testijiet li saru fuq 85 immigrant.

Intqal li 65 minn dawn il-ħamsa u tmenin immigrant ittestjaw fil-pożittiv għall-virus.

Il-Gvern fakkar li bħalma hija l-proċedura normali, l-immigranti li jaslu bil-baħar jinżammu immedjatament fi kwarantina għal erbatax-il jum u jiġu ttestjati.

L-immigranti li nstabu li huma pożittivi se jibqgħu jinżammu f’iżolament f’parti f’ċentru ta’detenzjoni ta’ Ħal Far u l-bqija se jibqgħu fi kwarantina u jiġu segwiti.

Ir-riżultati tat-testijiet pendenti fuq il-bqija tad-disa’ immigranti se joħorġu aktar tard illejla.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Warbu min hemm ghax qazzistuna issa. Little Africa gibtuha Malta. Jekk thobbuhom tant morru intom l-Africa.

    1. Fejn huma religjuzi.Tghidilna charles juda u joe kemm minn dawn lemigranti se tiehdu fil kunventi u l monazteri.Ghidulna kemm hemm jghixu l vatikan.Fejn hu dak li kien jigi fuq ir radio u tkaza li imigranti telaw il qorti hafjin.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *