Jonathan Degiorgio ta’ 35 sena ngħata l-ħelsien wara li tressaq il-qorti akkużat b’attentat tas-serq mill-binja tal-kimika fl-Università ta’ Malta.
Il-każ ġara fil-25 ta’ Ġunju. Degiorgio huwa t-tielet persuna li tressaq il-qorti b’rabta ma’ dan il-każ.
Huwa wieġeb mhux ħati, bil-Maġistrat Clare Stafrace Zammit tatu l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000.
Għall-akkużat dehru l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.