Melvin Theuma joħroġ mill-ITU u għadu jinsab f’qagħda stabbli – One News

Notifiki

Melvin Theuma joħroġ mill-ITU u għadu jinsab f’qagħda stabbli

Melvin Theuma ħareġ mit-taqsima għall-kura intensiva u jinsab f’qagħda stabbli.

Fi stqarrija li ħarġet, il-pulizija spjegat li mit-taqsima għall-kura intensiva, Theuma tmexxa għall-ENT Ward fl-Isptar Mater Dei.

Il-ġimgħa l-oħra, il-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia nstab mill-Pulizija u s-sieħba tiegħu f’għadira demm ġewwa r-residenza tiegħu wara li pprova jweġġa’ lilu nnifsu permezz ta’ sikkina.

Huwa kien ittieħed l-isptar b’urġenza permezz ta’ ambulanza fejn ġie operat immedjatament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend