Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kellu diskussjonijiet dwar il-migrazzjoni bejn Malta u r-Renju Unit, flimkien mas-Segretarju Parlamentari tal-Istat tar-Renju Unit Wendy Morton.
Il-Ministru Bartolo ddeskriva dawn id-diskussjonijiet bħala riżultat tar-relazzjonijiet eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi u r-rieda kontinwa li jiffaċċjaw sfidi komuni spalla ma’ spalla.
Minbarra t-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni rregolari, id-diskussjonijiet iffukaw ukoll fuq sforzi konġunti biex itaffu l-instabillità fil-Libja, il-ġlieda biex biex jinkiser il-mudell tan-negozju tat-traffikar u l-kuntrabandu tal-bnedmin u l-ħtieġa għal aktar impenn mal-pajjiżi Afrikani.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit għal Malta Stuart William Gill u uffiċjali tal-Gvern Malti u mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.