BIL-FILMAT: Jason Azzopardi f’laqgħa konfoffa ma’ Bernard Grech – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jason Azzopardi f’laqgħa konfoffa ma’ Bernard Grech

Dalgħodu d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-avukat Bernard Grech iltaqgħu fi stabbiliment tax-xorb f’Tas-Sliema.

It-tnejn li huma qagħdu bilqiegħda ma’ mejda fuq ġenb tal-entratura, biswit magna tas-sigaretti, bi flixkun ilma u tazza bil-lumija.

Jason Azzopardi u Bernard Grech dehru jitħaddtu fil-fond u anki ma riedu lil ħadd min itellifhom mid-diskursata li kellhom.

B’din il-laqgħa nifhmu li issa Jason Azzopardi qed ikompli jmexxi l-konfoffa kontra l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u jimbotta lil Bernard Grech.

Apparti Jason Azzopardi, li deher ovvju li qed jappoġġja lil Bernard Grech f’dawn l-intriċċi kollha li għaddejin fil-Partit Nazzjonalista mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, hemm deputati ribelli oħra mill-fazzjoni Busuttil li qegħdin wara Bernard Grech.

Nifhmu li Jason Azzopardi issa mhux wara Therese Comodini Cachia li kienet il-persuna li d-deputati Nazzjonalisti li sfiduċjaw lil Delia riedu bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Dan għall-fatt li l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil tħoss li b’Bernard Grech bħala ż-żiemel tagħha jikbru ċ-ċansijiet li jieħdu mill-ġdid ir-riedni tal-partit u jegħlbu lil Delia fit-tellieqa għal Kap.

Dan filwaqt li t-Times, il-Ħadd irrappurtat li Claudio Grech, li mhux lest jitfa’ ismu għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, se jappoġġja lil Therese Comodini Cachia.

Intant is-Sibt li għadda fuq ir-radju tal-Knisja, Bernard Grech stqarr li qed jikkunsidra li joħroġ għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Fil-jiem li għaddew, Bernard Grech nieda b’mod sottili l-kampanja tiegħu u beda jdur il-każini Nazzjonalisti.

Nhar is-Sibt li ġej il-membri tal-Kunsill Ġenerali se jagħżlu jekk it-tesserati hux se jikkonfermaw lil Adrian Delia bħala Kap jew issirx tellieqa ġdida għall-Kap tal-partit tal-maduma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend