L-Urugan Hanna qed jolqot diversi partijiet fin-nofsinhar tal-Istat ta’ Texas, b’uffiċjali jwissu dwar perikli kawża tal-maltemp; b’xita u rjiħat qawwija li jlaħħqu l-145 kilometru fis-siegħa, tant li xi djar diġà bdew jiġġarfu.
Minkejja li l-urugan jinsab fil-kategorija l-aktar baxxa, Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Urugan wissa li l-maltemp jista’ jikkawża periklu fuq ħajjet ir-residenti, u għalhekk ħeġġewhom sabiex isegwu l-istruzzjonijiet li qed joħorġu minn ħin għall-ieħor l-uffiċjali mis-servizzi tal-emerġenza.
Il-maltemp mistenni jolqot Huston matul il-jum tal-Ħadd.