Kors għat-taħriġ professjonali fil-kura tal-anzjani – One News

Notifiki

Kors għat-taħriġ professjonali fil-kura tal-anzjani

Kors ta’ erbatax-il ġimgħa li huwa akkredidat mill-Università ta’ Malta qed jagħti taħriġ professjonali fil-kura tal-anzjani.

Dan il-kors qed jingħata fuq medda ta’ seba’ ġimgħat ta’ teorija u seba’ ġimgħat oħra ta’ prattika. Sabiex dan il-kors ikun jista’ jintlaħaq minn kulħadd, l-istudenti Għawdxin se jkunu jistgħu qed isegwu l-lezzjonijiet tat-teorija b’mod virtwali miċ-ċentru tat-taħriġ f’Għawdex.

Is-sessjonijiet ta’ prattika għall-istudenti Maltin se jsiru f’San Vinċenz De Paul, filwaqt li s-sessjonijiet ta’ prattika għall-istudenti Għawdxin se jkunu qed isiru fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Waqt it-tnedija ta’ dan il-kors, il-Professur David Mifsud, miċ-Ċentru tal-Arti Liberali u x-Xjenza fl-Università ta’ Malta qal li f’dawn l-aħħar ħames snin, aktar minn erba’ mitt student lestew dan il-kors.

L-infermier Chris Micallef spjega kif wieħed jista’ japplika għal dan il-kors jekk ikun lesta l-edukazzjoni obbligatorja fost oħrajn.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz De Paule Josianne Cutajar irrimarkat li f’dawn l-aħħar snin saru diversi investimenti fl-isptar iżda però l-akbar investiment huwa li aktar ħaddiema jkunu professjonali sabiex jagħtu l-aqwa servizz lill-anzjani.

Dan sostnieh ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Silvio Parnis.

Wieħed jista’ japplika għal dan il-kors fuq is-sit www.activeageing.gov.mt, bl-applikazzjonijiet huma miftuħa sal-għoxrin ta’ Awwissu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend