Il-Perit Daniel Micallef li huwa l-kandidat għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista vvota fl-elezzjoni għall-kariga ta’ Deputat Mexxej. Huwa għamel dan ftit qabel is-13:00 fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. L-elezzjoni se tibqa’ miftuħa sat-15:00 u dik ġewwa Għawdex se tgħalaq fis-13:00.
Hekk kif jingħalaq il-proċess tal-votazzjoni se jibda l-għadd tal-voti fis-sala taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun. Il-pubbliku huwa mistieden isegwi dan il-proċess waqt edizzjoni tal-programm 360 li se jkun qed jixxandar fuq l-istazzjon ONE.