Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ l-klassifikazzjoni ta’ A High li l-Aġenzija ta’ Kreditu Internazjzonali DBRS reġgħet tat lil Malta.
Permezz ta’ Tweet Dr Abela qal li dan huwa vot ta’ kunfidenza ieħor għall-ħidma tal-Gvern. Il-Prim Ministru nnota wkoll kif DBRS sostniet li l-miżuri tal-Gvern se jwasslu għal irkupru ekonomiku b’saħħtu u kif ukoll se jissalvagwardjaw l-impjiegi bid-dejn jibqa’ fost l-anqas fl-Unjoni Ewropea.