Id-Duka u Dukessa ta’ Sussex fetħu proċeduri legali ġewwa California, wara li allegatament fotografu ħa xi ritratti tat-tifel tagħhom, Archie permezz ta’ drone.
Il-kopja fetħu dawn il-proċeduri legali minħabba d-dritt għal privatezza, bl-avukat tal-koppja Michael Kump stqarr li ġewwa darhom il-koppja għandhom dritt għal privatezza.
Il-Prinċep Harry u martu Meghan qed jgħixu f’Los Angeles f’California, wara li f’Marzu li għadda ma baqgħux parti mill-familja rjali.