Iċ-Ċina ordnat il-konsulat Amerikan li jinsab fil-belt ta’ Chengdu sabiex jagħlaq il-bibien tiegħu
Jidher biċ-ċar li t-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kompliet tiżdied fuq diversi kwistjonijiet.
Biċ-Ċina tgħid li din il-mossa hija risposta leġittima u neċessarja hekk kif iktar kmieni din il-ġimgħa, l-Istati Uniti ordnat sabiex jingħalaq il-konsulat Ċiniż fl-Amerka.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Ċiniż qal li din is-sitwazzjoni hija xi ħaġa li ċ-Ċina ma tixtieqx tara aktar u li l-Gvern Amerikan għandu jerfa’ r-responsabilità għaliha.