Madwar 84,000 passiġġier għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, mindu reġa’ fetaħ l-ajruport.
Fl-ewwel tliet ġimgħat ta’ Lulju wħud ġew Malta biex igawdu l-btala tagħhom tas-sajf f’pajjiż ġdid u oħrajn ingħaqdu mal-membri tal-familja tagħhom wara żmien imbegħdin minnhom.
Fi stqarrija, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li mplimenta kull miżura meħtieġa sabiex jiżgura li, hi x’inhi r-raġuni għall-vjaġġ tagħhom, il-passiġġieri jkunu jistgħu jibdewh jew itemmuh b’esperjenza tajba fl-ajruport fejn iħossuhom siguri.
L-ajruport qal li huwa importanti wkoll li dawk kollha li ser isiefru fil-jiem li ġejjin jgħinu sabiex jinżamm ambjent mingħajr perikli għas-saħħa u s-sigurtà tal-passiġġieri.