L-Oppożizzjoni tpoġġi l-interessi partiġġjani qabel it-tiftix tal-verità – One News

Notifiki

L-Oppożizzjoni tpoġġi l-interessi partiġġjani qabel it-tiftix tal-verità

B’reazzjoni għall-istqarrija maħruġa mill-kelliema tal-Oppożizzjoni dwar dak li ġara l-lejl li għadda fi Swieqi, il-Partit Laburista stqarr li din l-istqarrija tagħżel li tinjora l-fatti tal-każ hekk kif magħrufa sa issa.

Il-Partit Laburista sostna li din l-istqarrija minflok qed tipprova tagħmel allegazzjonijiet li ma tissostanzjahomx.

“Li titlob għar-riżenja ta’ Ministru ma hi xejn għajr stqarrija tipika ta’ min l-ewwel interess tiegħu mhux il-verità jew il-ġustizzja, iżda l-opportuniżmu politiku.” Saħaq il-Partit Laburista.

Il-Partit qal li fuq kollox hija stqarrija li għandha l-firma ta’ deputati li anke fl-aħħar sigħat deher li kellhom imorru lura minn dikjarazzjonijiet pubbliċi mgħaġġla u saħaq li b’differenza, il-Gvern se jkun qiegħed iħalli l-investigazzjonijiet jaħdmu f’serenita’.

Il-Partit Laburista temm jgħid li l-Gvern qed jibqa’ jaħdem biex iġib ir-riformi pożittivi li jkattru l-fiduċja fl-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Xi ħaġa li xejn ma hi tinżel tajjeb mal-istess kelliema tal-Oppożizzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend