Notifiki

Kumpanija timmira li tnaqqas miljun u nofs borża tal-plastik mill-ħwienet tagħha

Kumpanija fil-qasam tal-ikel bdiet inizzjattiva ambizzjuża immirata biex tnaqqas il-konsum tal-boroż tal-plastik fil-ħwienet.

Din l-inizzjattiva se twassal sabiex jitnaqqsu madwar miljun u nofs borża tal-plastik fuq perjodu ta’ sena.

Il-mira ta’ din il-kampanja maħsuba mill-kumpanja Maypole hija li teduka u timmotiva lin-negozji u l-pubbliku biex innaqsu l-ammont ta’ skart tal-plastik li jintuża darba biss li ħafna drabi jiġi mormi b’mod irresponsabbli u jispiċċa fil-baħar.

Sebastian Debono, wieħed mid-diretturi ta’ din il-kumpanija, saħaq li  fil-proċess ta’ riċiklaġġ, il-plastik jarmi gassijiet tossiċi u velenużi filwaqt li l-karti ma jagħmel l-ebda ħsara fuq l-ambjent.

Huwa qal li din l-inizjattiva tħares lejn dak li kien ħabbar l-Gvern fil-budget fejn is-sena d-dieħla se tara l-projbizzjoni ta’ importazzjoni ta’ plastik li jintuża darba biss.

Debono stqarr, “Smajna is-sejħa tal-Gvern u ħassejna li huwa dmir tagħna li nkunu parti minn ta’ quddiem li nkunu f’din l-inizjattiva.Nemmnu li aħna qed nikkontribixxu ħafna fil-konsumatur allura ma nistgħux inkunu lura milli ngħatu xi ħaġa lura lil pajjiż tagħna.”

Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia faħħar din l-inizjattiva u ħeġġeġ kumpaniji privati biex ikunu minn ta’ quddiem li jippromwovu responsabbiltà soċjali u ambjentali.

“Jinsabu fuq quddiem nett fil-mixja tagħna lejn it-tnaqqis tas-single use plastic. Nafu li fil-baġit li għaddha ħabbarna li fl-2020 se nieqfu nimpurtaw is-single use plastic, u mil-2022 dawn ma jistgħux jinbiegħu lanqas.” Temm jgħid il-Ministru Farrugia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend