L-aħbar li se jittieħdu passi kontra l-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista talli beda kampanja sabiex Adrian Delia jitneħħa minn Kap Nazzjonalista, ħolqot aktar ġlied fil-Partit Nazzjonalista.
Nazzjonalisti irrabjati li l-MŻPN nied kampanja sabiex Delia ma jibqax Kap, u Nazzjonalisti oħra rrabjati għax se jittieħdu passi kontra l-MŻPN.
Thomas Cassar Ruggier, esponent tal-fergħa taż-żgħażagħ tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil awgura lil Thomas De Martino f’għeluq sninu b’botta fina.
Mill-ewwel wieġeb De Martino. Akkużah bi ħdura u għira.
Lejliet, laqgħa oħra tal-eżekuttiv nazzjonalista, kompla l-ġlied u l-manuvri sabiex Adrian Delia ma jibqax Kap.
Fit-Times kiteb is-Sindku ta’ San Ġiljan Albert Buttigieg u fetaħ attakk fuq Adrian Delia.
Lil Adrian Delia qablu mal-Papa Emeritu Benedittu XVI (sittax)
Kiteb li bħal ma kellu d-diċenza li jirriżenja l-Papa Emeritu Benedittu meta ħass li ma setax jispira lill-merħla nisranija, staqsa għala Adrian Delia ma jagħmilx l-istess?
Dan ftit jiem wara fuq ir-radju tal-Knisja, Adrian Delia qabbel lil dawk li sfiduċjawh mal-Kappillani u l-patrijiet li sfiduċjaw Papa.