Kif irriżenja l-papa għandu jagħmel l-istess Delia – One News

Notifiki

Kif irriżenja l-papa għandu jagħmel l-istess Delia

L-aħbar li se jittieħdu passi kontra l-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista talli beda kampanja sabiex Adrian Delia jitneħħa minn Kap Nazzjonalista, ħolqot aktar ġlied fil-Partit Nazzjonalista.

Nazzjonalisti irrabjati li l-MŻPN nied kampanja sabiex Delia ma jibqax Kap, u Nazzjonalisti oħra rrabjati għax se jittieħdu passi kontra l-MŻPN.

Thomas Cassar Ruggier, esponent tal-fergħa taż-żgħażagħ tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil awgura lil Thomas De Martino f’għeluq sninu b’botta fina.

Mill-ewwel wieġeb De Martino. Akkużah bi ħdura u għira.

Lejliet, laqgħa oħra tal-eżekuttiv nazzjonalista, kompla l-ġlied u l-manuvri sabiex Adrian Delia ma jibqax Kap.

Fit-Times kiteb is-Sindku ta’ San Ġiljan Albert Buttigieg u fetaħ attakk fuq Adrian Delia.

Lil Adrian Delia qablu mal-Papa Emeritu Benedittu XVI (sittax)

Kiteb li bħal ma kellu d-diċenza li jirriżenja l-Papa Emeritu Benedittu meta ħass li ma setax jispira lill-merħla nisranija, staqsa għala Adrian Delia ma jagħmilx l-istess?

Dan ftit jiem wara fuq ir-radju tal-Knisja, Adrian Delia qabbel lil dawk li sfiduċjawh mal-Kappillani u l-patrijiet li sfiduċjaw Papa.

Ta’ QabelLi Jmiss

3 Comments

  1. Dejjem ideffsu r-reliġjon. Taħsibhom xi qaddisin jimxu fl-art bil-qassisin ta’ magħhom b’kollox bħal per eżempju Charles Jude u Joe Borg. Jien iktar niftakar kif tqaċċat il-maħbub Pawlu Cremona u mela l-papa!!!

  2. Flok isemmu l-Papa Emeritu Benedittu li kien irrizenja, mhux ahjar fil-kas taghhom isemmu lil Guda l-Iskarjota li sab l-ewwel sigra u tghallaq?

    1. Papa Benedittu irrezenja ghax ta madwaru (il gay lobby)mill lewwel gurnata li lahaq papa hadmu kontrih.Listess bhal ma dejjem ghamlet il BARRA BRIGADE.U KLASSI ELITISTA TAL PARTIT.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend