Keith Camilleri b’possibiltà li jirbaħ il-Kampjonat Taljan F3 – One News

Notifiki

Keith Camilleri b’possibiltà li jirbaħ il-Kampjonat Taljan F3

Matul il-ġurnata tal-lum it-tim Malti tas-Sim Racing V-Rig KC Racing Esports ser jkun qiegħed jikkompeti fis-sit u l-aħħar round tal-kampjonat Taljan F3 organizzat mill-Automobile Club d’Italia. Il-ħames rounds preċedenti saru ġewwa Monza, Interlagos, Montreal, Spa u Suzuka filwaqt li l-finali tal-lum ser issir ġewwa ċ-ċirkwit ta Imola.

Fil-klassifika hemm 87 sewwieq jikkompetu. Is-sewwieq Malti Keith Camilleri mit-tim V-Rig KC Racing Esports jinsab fit-tieni post, b’24 punt biss il-bogħod minn Nesi tat-tim SRC Squadra Corse. Il-kollegi ta Camilleri, Brandon Tabone, jinsab fit-12 il-post, Kurt Camilleri fis-16 il-post, Terence Grech fis-36 post u Filippo Font fit-73 post.

Il-program tal-lum ser jibda bil-provi fid-21:15 ta filgħaxija bl-ewwel tellieqa tibda fl-22.00 u it-tieni tellieqa tibda fl-22:50. Kemm il-provi u kemm it-tlielaq jistgħu jiġu segwiti fuq il-paġna facebook tat-tim V-Rig KC Racing Esports.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend