Jibqa’ jinżamm arrestat wara li fera ħafif persuna b’arma li taqta’ – One News

Notifiki

Jibqa’ jinżamm arrestat wara li fera ħafif persuna b’arma li taqta’

Marokkin ta’ 36 sena li joqgħod iż-Żebbuġ Għawdex wieġeb mhux ħati wara li ttella’ l-Qorti mixli li kkaġuna ġrieħi ħfif fuq persuna b’arma li taqta’ u bil-ponta.

Hu kien akkużat ukoll li kien qed iġorr din l-arma mingħajr permess, li kiser il-paċi pubblika, li hedded persuna b’apparat elettroniku u li kiser il-bon ordni waqt li kien fl-Għassa tar-Rabat Għawdex.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Brigitte Sultana ma tagħtux il-ħelsien mill-arrest u għaldaqstant baqa’ jinżamm arrestat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend