Il-band Għawdxija DCapitals ser tiftaħ it-tieni edizzjoni taċ-Ċittadella Arts Festival – One News

Notifiki

Il-band Għawdxija DCapitals ser tiftaħ it-tieni edizzjoni taċ-Ċittadella Arts Festival

Nhar is-Sibt 1 t’Awwissu, għall-ħames sena konsekuttiva, il-band Għawdxija DCapitals se tkun qed ittella’ l-kunċert tagħha fiċ-Ċittadella biex b’hekk tiftaħ it-tieni edizzjoni taċ-Ċittadella Arts Festival.

Dan il-kunċert ser jittella’ bla ħlas u se jkun qed jittella’ fil-foss taċ-Ċittadella bil-parteċipazzjoni tal-kantanti residenti tal-band.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li l-kantant u r-rappreżentanta ta’ pajjiżna fil-Eurovision Song Contest, Destiney se tkun il-mistiedna speċjali f’dan il-kunċert filwaqt li ż-żeddiena mis-Centre Stage Dance Academy ukoll ser ikunu qed jieħdu sehem fil-kunċert.

Huwa stqarr li llum il-ġurnata dan il-kunċert sar parti mill-avvenimenti l-kbar fil-kalendarju kulturali Għawdxi u dejjem ikun hemm stennija kbira għalih mill-pubbliku ġenerali.

Is-Surmast George Apap stqarr, “Din is-sena minkejja sfidi kbar li ġabet magħha l-pandemija, ħdimna ħafna sabiex inżommu dan l-appuntament annwali u kburin li ser jirnexxielna ntellgħuh.”

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm billi awgura li dan il-kunċert ikun suċċess u ħeġġeġ lill-Għawdxin, lill-Maltin u lit-turisti sabiex jattendu għall-kunċert ta’ Dcapitals, li żgur se jkun raġuni oħra għaliex wieħed għandu jżur il-gżira Għawdxija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend