Gejtu Vella jirriżenja minn Kap tal-Kummissjoni Elettorali tal-PN f’inqas minn ġimgħa li nħatar – One News

Notifiki

Gejtu Vella jirriżenja minn Kap tal-Kummissjoni Elettorali tal-PN f’inqas minn ġimgħa li nħatar

Gejtu Vella irriżenja minn Kap tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista inqas minn ġimgħa wara li nħatar biex iservi fiha mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

L-eks Segretarju Ġenerali tal-UĦM informa lis-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech b’din id-deċiżjoni.

Il-Maltatoday irrappurtat li mkejjen fid-Dar Ċentrali spjegaw li dan ġara wara ġlieda kbira li Gejtu Vella kellu mal-Kap Adrian Delia fuq it-telefon. Dan dwar argument li kellu ma’ membru ieħor fil-Kummissjoni, Danica Caruana.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend