Valletta United jimmiraw ritorn fil-Kampjonat Premier – One News

Notifiki

Valletta United jimmiraw ritorn fil-Kampjonat Premier

Valletta United ser ikunu qed jagħmlu minn kollox sabiex ipattu għad-diżapunt tas-sena l-oħra u matul dan l-istaġun jirritornaw fil-Kampjonat Premier.

Sabiex jagħmlu dan it-tim ġie imsaħħaħ bit-tlett plejers li minkejja li huma veterani żgur ser ikunu qed jgħinu lit-tim jilħaq it-tragward tiegħu.  Niki Lanzon, Michele Stellini u Edward Aquilina huma t-tlett pilastri li ġew akkwistati u li għal dan l-istaġun, flimkien mal-kumplament tal-skwadra, ser ikunu imexxija minn Srdjan Lazarevic.

Għal dan il-kowċ Montenegrin din ser tkun l-ewwel esperjenza tiegħu f’Malta u matul dan l-istaġun ser ikun assistit minn Stephen Rizzo.

Valletta jinsabu fi Grupp B tar-Rawnd Preliminari flimkien ma’ Sliema, San Ġiljan, Exiles u Otters. Il-Beltin fl-azzjoni illum kontra San Giljan filwaqt li nhar il-Ġimgħa jilgħabu kontra Otters.

Matul dan l-istaġun kif ukoll fil-Kampjonat tax-Xitwa li ġej Valletta United waslu f’ftehim mal-kumpanija IZIBET sabiex jkunu l-isponsors uffiċjali tagħhom.  Sergio Cappitta, Direttur tal-Operat tal-Kumpanija, rrignrazzja lill-klabb tax-xogħol tiegħu filwaqt li sostna li huwa l-ħsieb tal-kumpanija li tagħti s-sosten lis-sport lokali.

Minn naħa tagħhom Valletta United permezz tas-Segretarju tal-klabb Jean Carl Farrugia tennew li l-ħidma ilha għaddej minn tmiem l-istaġun li għadda u wara ħafna problemi issa ħarġu ukoll l-permessi sabiex jiġi żvillupat l-proġett tal-pitch.  Farrugia żid jgħid li jixtiequ jaraw aktar partitarji preżenti waqt il-logħob.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend