Inawgurati uffiċini ġodda tal-MDIA – pajjiżna jkompli jinvesti fl-infrastruttura tal-innovazzjoni diġitali – One News

Notifiki

Inawgurati uffiċini ġodda tal-MDIA – pajjiżna jkompli jinvesti fl-infrastruttura tal-innovazzjoni diġitali

Ġew inawgurati l-uffiċini l-ġodda tal-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali, l-MDIA.

Dan huwa investiment parti mill-budget sabiex mhux biss Malta tibqa’ tkun ma’ ta’ quddiem fl-innovazzjoni, iżda wkoll tkun ippreparata għall-futur b’qafas regolatorju fil-qasam tal-innovazzjoni diġitali.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MDIA, Stephen McCarthy, qal li permezz ta’ dawn l-uffiċini ħidmet l-awtorità se tkun tista’ tilħaq livelli ġodda.

McCarthy stqarr, “Ġejna identifikati bħala dik l-awtorità, bħala certification authority fejn tidħol cyber security u aħna l’hemmhekk irridu mmorru, ġifieri jien kuntent ħafna li dawn l-istutuzzjonijiet ta’ barra qed japprezzaw ix-xogħol tajjeb li għamilna aħna u qed jinvitawna wkoll biex aħna nikontribwixxu biex ngħaddu l-esperjenza li għamilna aħna biex ngħadduha aħna, nipparteċipaw biex anke bħala Unjoni Ewropea jkun hemm policies u standards komuni għal kulħadd.”

Iċ-Chairman tal-MDIA, Joshua Ellul sostna li l-innovazzjoni f’pajjiżna hija tassew importanti anke għall-pajjiż żgħir bħal Malta.

“So if we look at the current state of affairs, Malta has become really renowned within the igaming industry, the financial industry and we are now finding that we need new niches to make sure that we support our economic development and these new areas of digital innovation can help us attain that economic levrage.” Stqarr Ellul.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li Malta qed tifrex l-eknomija tagħha f’niċeċ ġodda, fosthom b’dak li qed tagħmel l-awtorità dwar iċ-ċertifikazzjoni fil-qasam tal-innovazzjoni diġitali.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali, Clayton Bartolo qal illi pajjiżna jrid ikompli jaħdem biex ikollna infrastruttra diġitali b’saħħitha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend