Jittieħed l-isptar għall-kura wara li nqabad fi trakk li nqaleb f’Ħal Qormi – One News

Notifiki

Jittieħed l-isptar għall-kura wara li nqabad fi trakk li nqaleb f’Ħal Qormi

Sirjan ta’ 43 sena, li joqgħod Santa Venera u li kien passiġġier f’high-up ittieħed l-isptar għal aktar kura wara li t-trakk spiċċa mmejjel fuq bankina qrib l-appartamenti li jinsabu fl-inħawi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2:50 ta’ waranofsinhar fi Vjal de la Cruz.

Fuq il-post ssejħet l-assistenza tal-membri tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u tim mediku mill-isptar Mater Dei, li għenu lir-raġel biex jinħareġ mit-trakk.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iżda l-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend