Adan Jama Shaban u Muhanad Kaarshe Ahmed, żewġ Somali ta’ 24 sena u 22 sena rispettivament inżammu arrestati wara li allegatament serqu mowbajl.
Is-Somali tressqu l-Qorti wara li ġew mixlija li s-Sibt wara nofsinhar serqu mowbajl f’San Ġiljan.
Filwaqt li s-Somalu ta’ 22 sena tressaq il-Qorti akkużat ukoll li s-Sibt waranofsinhar ipprova jweġġa’ persuna, li beda jżomm arma li taqta’ u bil-ponta fil-pubbliku u li huwa riċediv.
Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.