Salah Altayed, Sudaniż ta’ 24 sena ntbagħat sitt xhur ħabs wara li pprova jaħrab minn Malta taħt trakk tal-merkanzija li kien sejjer l-Italja.
Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lara Butters spjegat li l-imputat ipprova jaħrab minn Malta fil-jum tal-Ħadd għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu, taħt trakk tal-merkanzija waqt li kien tiela’ l-catamaran għall-Italja.
Ġie spjegat kif l-akkużat li joqgħod fiċ-Ċentru Miftuħ f’Ħal Far inqabad minn scanners apposta.
Id-difiża mmexxija mill-avukat tal-għajnuna legali Josette Sultana talbet sabiex is-Sudaniż jingħata għajnuna psikoloġika fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, b’din it-talba ġiet milqugħa mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace.