Il-PM Robert Abela jgawdi fiduċja b’saħħitha fuq iż-żewġ mexxejja tal-fazzjonijiet tal-PN – One News

Notifiki

Il-PM Robert Abela jgawdi fiduċja b’saħħitha fuq iż-żewġ mexxejja tal-fazzjonijiet tal-PN

Il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ jgawdi fiduċja qawwija mill-elettorat Malti rrispettivament jekk l-avversarju politiku tiegħu huwiex Adrian Delia jew Therese Comodini Cachia.

Dan deher biċ-ċar f’sondaġġ mill-gazzetta MaltaToday li ttieħed bejn it-13 u s-17 ta’ Lulju.

57.7% tal-persuni li għażlu jwieġbu għal dan is-sondaġġ jippreferu lil Robert Abela għal Adrian Delia.

Dan filwaqt li meta affaċċjat kontra dik li qed taspira tkun il-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru jgawdi 58.4% tal-fiduċja.

Fil-fatt Adrian Delia u Therese Comodini Cachia kisbu biss fiduċja ta’ 13.2% u 13.1% rispettivament.

Is-sondaġġ juri wkoll kif il-Prim Ministru Robert Abela jgawdi fiduċja fost l-etajiet kollha u r-reġjuni kollha madwar Malta u Għawdex.

Robert Abela jgawdi l-aktar fiduċja fost dawk li għandhom bejn 51 u 65 sena hekk kif kiseb fiduċja ta’ 61.9%.

Intant il-Partit Laburista għandu vantaġġ ta’ 27 punt perċentwal fuq il-Partit Nazzjonalista. Dan hekk kif kiseb il-fiduċja ta’ 47.8% tal-fiduċja kontra 20.8% biss għall-Partit Nazzjonalista.

Diskrepanza li bejn wieħed u ieħor tfisser distakk ta’ 72,000 vot.
Dan huwa t-tielet xahar infila li l-Partit Nazzjonalista rreġistra tnaqqis fil-fiduċja.

Hawnekk ukoll il-Partit Laburista jgawdi fiduċja assoluta fost l-etajiet u r-reġjuni kollha madwar Malta u Għawdex.

Is-sondaġġ juri wkoll li l-Partit Laburista rnexxielu jżomm 91.6% tal-votanti li vvutawlu fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Dan meta kkumparat biss ma’ 50.6% li rnexxielu jżomm il-Partit Nazzjonalista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend