Daniel Saliba jikser ir-Rekord Nazzjonali tal-110m hurdles

L-atleta ta’ Pembroke Athleta Daniel Saliba kiser ir-rekord nazzjonali fil-110m hurdles, hekk kif laħaq l-aspettattivi tal-komunità tal-atletika lokali wara l-prestazzjonijiet tajbin li kellu din is-sena, b’ħin stupend ta’ 15.50 sekonda.

Fit-throws, l-atleta ta’ St Patrick’s, Mireya Cassar, fil-kategorija Under 18 rreġistrat l-aqwa prestazzjoni nazzjonali għal din l-età fix-Shot Put. Hija tejbet ir-rekord attwali tagħha bi 8ċm, b’tefa’ ta’ 13.42m.

Is-sorpriża tal-ġurnata ġiet mill-atleta miż-Żimbabwe Lloyd Tadiwanashe Mhiripiri, plejer tar-rugby kkowċjat minn Mario Bonello, li rreġistra doppjetta, b’10.94s fil-100m u 22.45s fil-200m. F’din it-tellieqa kien hemm ħin eċċellenti għall-atleta paralimpiku ta’ Żurrieq Wolves, Antonio Flores, li b’12.48s kien jikkwalifika bħala rekord nazzjonali paralimpiku fil-kategorija T64 li kieku r-riħ f’dak il-mument m’eċċeddix il-limiti aċċettati mir-regolamenti.

Fl-400m nisa ftit kien hemm storja b’Janet Richard (Pembroke A.) tirbaħ bl-aqwa ħin dan l-istaġun 54.54, biex ressqet qrib ir-rekord ta’ Tanya Blake (54.29) li issa ilu hemm 12-il sena.

Claire Azzopardi (Pembroke Athleta), li dan l-istaġun kellha diversi doppjetti fil-100 m u l-long jump kellha ċċedi l-kompetizzjoni tal-mistiedna barranija Rebeccca Chapman li rebħet it-tellieqa bi 11.95s. Għal Azzopardi, il-ħin tagħha ta’ 12.03 xorta kien l-aqwa ħin personali.

Żgur li waħda mill-aktar prestazzjonijiet impressjonanti f’din iċ-Challenge kienet ir-rebħa ta’ Dillon Cassar, (Raptorz Running Club) li ddebbuta fil-1,500 metru b’ħin ta’ 4:05.16, tmien sekondi vantaġġ fuq Jean Paul Debono. Ta’ min jinnota li Cassar kien qed jiġri 24 siegħa biss wara rebħa tiegħu fit-tellieqa fit-triq Fastest 5 (5km) li saret il-ġurnata ta’ qabel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend