Weber għażel lil Busuttil għal aktar propoganda u rebus – One News

Notifiki

Weber għażel lil Busuttil għal aktar propoganda u rebus

Is-sit influwenti Politico rrapporta dwar l-iskop wara l-għażla ta’ Simon Busuttil bħala Segretarju Ġenerali fil-Partit Popolari Ewropew.

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Malti ngħata din il-kariga mill-mexxej tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber, li m’għażlux biex jgħinu jfassal politika jew ħidma organizzattiva, iżda biex dan il-Partit fil-Parlament Ewropew ikompli jmexxi aġenda ta’ propoganda.

Politico jirraporta li Weber ta din il-kariga lil Busuttil biex jikkampanja flok iwettaq xogħol politiku: “Less policy, more propaganda: According to officials, Weber hired Busuttil, a former leader of Malta’s oppositional EPP Partit Nazzjonalista, earlier this year to do exactly this sort of thing: less policy work, and more ongoing campaigning instead.”

Dan huwa skandlu li anki fil-Partit Popolari Ewropew stess hemm tgergir dwaru.

Il-Politico jgħid li Membri Parlamentari Ewropej tradizzjonali u konsulenti li jemmnu li xogħolhom huwa li jfasslu politika favur iċ-ċittadini Ewropej, huma rrabjati b’dak li ġie rrapportat:

“Who’s unhappy: Those old-school MEPs and advisers who think their job is about shaping policy. “Virtually half of the directorates are now about propaganda,” one EPP official complained to Playbook, adding that “serious parliamentary work appears to be pushed to the fringes.”

B’hekk l-impressjoni ta’ Busuttil li sejjer jagħmel xi xogħol ta’ stoffa l-Ewropa, ġie mxejjen minn Politico li qal dan se jaħdem fuq il-propoganda.

Politico mhux l-ewwel darba li rrapporta r-rebus li qajjem Simon Busuttil fil-Partit Popolari Ewropew.

Ftit tax-xhur ilu kien ġie rrappurtat li numru ta’ membri parlamentari Ewropej tal-Partit Popolari Ewrope, il-PPE, kienu urtati u rrabjati bid-deċiżjoni tal-Kap Manfred Weber li qabad u għażel lil Simon Busuttil bħala segretarju ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew.

Numru ta’ membri parlamentari Ewropej u nies qrib il-Partit Popolari Ewropew akkużaw lil Weber li ffavorixxa lil Simon Busuttil, deskritt mill-Politico bħala ħabib ta’ Weber u li għandu ftit esperjenza u tagħrif tal-Parlament Ewropew u tal-grupp politiku Ewropew li fih huwa msieħeb il-Partit Nazzjonalista.

Manfred Weber mhux ġdid għal Simon Busuttil hekk kif dan kien iressqu lejn Malta anki biex jitkellem fil-mass meetings li kien jorganizza u jitkellem fil-miftuħ kontra pajjiżna.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend