Proċess għal strateġija diġitali ħolistika fil-ġustizzja – One News

Notifiki

Proċess għal strateġija diġitali ħolistika fil-ġustizzja

Sħubija bejn il-Gvern Malti u l-Kunsill tal-Ewropa ser jara proċess sabiex ikunu identifikati setturi fejn hemm bżonn ta’ riforma diġitali fil-qasam tal-ġustizzja.  Dan il-proċess ser ikun wieħed ta’ konsultazzjoni ma’ entitatajiet differenti sabiex ir-riforma diġitali tkun waħda li tħalli effetti pożittivi.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis spjega li l-għan ewlieni ta’ dan il-proċess huwa li jiżdied l-aċċess tal-pubbliku għall-Ġustizzja.  Stqarr li din ir-riforma se tolqot is-setturi kollha fil-qasam, bħal nutara, arbitraġġ, medjazzjoni u l-qrati tal-ġustizzja.

“L-għan, il-prinċipji huma tnejn, iffokati fuq iċ-ċittadin, li ċ-ċittadin ikollu aċċessibilità aħjar għall-ġustizzja, għas-servizzi legali u ukoll li ċ-ċittadin ikollu ġustizzja iktar effiċjenti  għaliex kif dejjem ngħidu ‘Justice delayed Justice denied.” Stqarr Zammit Lewis.

Innota wkoll kif wieħed irid jħares lejn it-tfassil ta’ din l-istrateġija fid-dawl li bħalissa qed isiru riforma kbar fil-qasam tal-ġustizzja.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej spjega kif dan il-proċess ser ikun iffinanzjat minn Fondi Ewropej.

Zrinzo Azzopardi spjega, “Bħala Gvern ser ikun qiegħed iniedi konsultazzjoni biex ikun hemm strateġija għad-diġitalizzazjoni tal-qasam ġudizzjarju ta’ pajjiżna.  Biex isir dan anke ser ikunu qed jiġu utilizzati fondi tal-Unjoni Ewropea mis-‘Social Reform Support Programme’ illi dan il-programm jgħin dawn it-tip ta’ inizjattivi.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend