BIL-FILMAT: Jgħid li kieku għamlu bħalu l-PN jinsab fuq it-taraġ ta’ Kastilja – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jgħid li kieku għamlu bħalu l-PN jinsab fuq it-taraġ ta’ Kastilja

“Imma jekk kulħadd jagħmel bħali u kieku kulħadd għamel bħali, kieku qegħdin fuq it-taraġ ta’ Kastilja biex nirbħu l-Gvern.”

Dan kien kliem id-deputat Nazzjonalista leali lejn Adrian Delia, Edwin Vassallo waqt programm fuq ix-xandir nazzjonali

Vassallo waħħal fid-diżubbidjenza tal-fazzjoni li tappoġġja li issa qed tappoġġja lil Therese Comodini Cachia u qal li kieku kulħadd għamel bħalu u obda lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, kieku l-Partit Nazzjonalista qiegħed fuq l-għatba biex jiggverna.

Fil-programm intervjena wkoll id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, magħruf li jitħabbeb mal-fazzjoni li sfiduċjat lil Delia, iżda Bartolo u Vassallo ma dehrux fuq il-programm flimkien, f’indikazzjoni ċara li fazzjoni lanqas tpoġġi fejn oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

3 Comments

  1. Kieku ghamlu bhalek kielu mhux il kejk li kellek int onor vassallo.Kieku kielu sufle kbir u gabdithom ugieh ta zaqq
    bhal ma ghandkhom kolla.Nithasrek.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend