Uffiċjal tal-Korp se jkun jista’ jirrapporta allegat abbużi fi ħdan il-Korp b’mod anonimu – One News

Notifiki

Uffiċjal tal-Korp se jkun jista’ jirrapporta allegat abbużi fi ħdan il-Korp b’mod anonimu

Kull uffiċjal tal-Korp issa se jkun jista’ jirrapporta allegat abbużi fi ħdan il-Korp anke b’mod anonimu, mingħajr il-biża’ li jittieħdu passi dixxiplinarji kontrih.

Ħabbar dan il- Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri.

Din il-bidla qed isir wara li saret bidla fl-iskeda li hemm mal-liġi dwar il-pulizija.

Membru tal-Korp tal-Pulizija kien jiffaċċja proċeduri dixxiplina jekk jinqabad jagħmel rapport anonimu. Iżda issa se jkun jista’ jagħmel rapport anonimu skont proċeduri stabbiliti.

Il-Ministru Byron Camilleri spjega li t-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija se tkun qed timplimenta numru ta’ miżuri oħra fil-ġimgħat li ġejjin li jsaħħu t-trasparenza u l-kontabbiltà.

Qal li dan huwa l-ewwel pass sabiex il-Korp tal-Pulizija jkollu politika ċara kontra l-frodi u l-korruzzjoni sabiex tissaħħaħ il-governanza tajba.

Qal li tul dan is-sajf il-gvern huwa impenjat li jadotta numru ta’ rakkomandazzjonijiet li għamel il-Grupp ta’ Pajjiżi Kontra l-Koruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa, l-GRECO.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend