Tfajla ta’ 25 sena fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur – One News

Notifiki

Tfajla ta’ 25 sena fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur

Taljana ta’ 25 sena li tgħix in-Naxxar tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ filgħodu fi Triq Sant’Andrija, meta seħħet ħabta bejn vettura li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 27 sena mill-Mosta u mutur li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 32 sena min-Naxxar.

It-tfajla kienet passiġġiera fuq il-mutur fil-ħin tal-inċident.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur u lit-tfajla passiġġiera l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief, u l-mara sofriet minn ġrieħi serji tant li tinsab f’qagħda kritika.

Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali, u l-Pulizija tad-Distrett ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend