Surplus ta’ €96.2 miljun għall-korporazzjonijiet pubbliċi – One News

Notifiki

Surplus ta’ €96.2 miljun għall-korporazzjonijiet pubbliċi

Sentejn ilu, il-korporazzjonijiet pubbliċi rreġistraw surplus ta’ sitta u disgħin miljun u mitejn elf ewro.

Dan skont statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika.

Skont l-NSO dan is-surplus reġistrat kien jammonta għal 0.8% tal-prodott domestiku gross.

Id-dħul tal-korporazzjonijiet pubbliċi li huma dawk fil-kontroll tal-Gvern irreġistraw dħul ta’ ftit inqas minn biljun u nofs ewro.

Dan fisser kważi sebgħa u disgħin miljun ewro aktar mis-sena ta’ qabel.

In-nefqa fil-korporazzjonijiet pubbliċi kienet ta’ kważi biljun u tliet mija u tmenin miljun ewro.

Dan ifisser żieda ta’ kważi mija u tmienja u tmenin miljun ewro.

Kif tixhed tabella li ppubblika l-NSO, il-qagħda finanzjarja tal-korporazzjonijiet pubbliċi bħall-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma u l-Port Ħieles, tjiebet.

Dan hekk kif sal-2013 dawn il-korporazzjonijiet f’idejn il-Gvern kienu jirreġistraw defiċit iżda mill-2014 bdew jirreġistraw surplus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend