Minn Awwissu Identity Malta se tilqa’ mill-ġdid applikazzjonijet għal permessi ta’ residenza u xogħol – One News

Notifiki

Minn Awwissu Identity Malta se tilqa’ mill-ġdid applikazzjonijet għal permessi ta’ residenza u xogħol

Mit-Tnejn 3 ta’ Awwissu Identity Malta se terġa tibda’ tilqa’ applikazzjonijiet għal permess ta’ xogħol u residenza għal ħaddiema li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea.

Dan wara li dan il-proċess kien sospiż temporanjament waqt il-pandemija.

Fi preżentazzjoni lill-midja is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat spjega li matul il-pandemija l-unika permessi li baqgħu jiġu accettati waqt il-pandemija kienu dawk relatati għal ħaddiema li jaqgħu taħt il-Key Employment Initiative u ħaddiema fis-settur tas-saħħa.

Huwa spjega li minkejja li l-effetti tal-pandemija kienu kbar, diversi industriji li ma kienux affettwati direttament baqgħu jibagħtu applikazzjonijiet sabiex jimpjegaw ħaddiema li mhux mill-Unjoni Ewropea.

Dan filwaqt li Identity Malta kompliet toħroġ applikazzjonijiet għal bdil ta’ xogħol. Muscat fisser kif kien hemm sitwazzjoni li filwaqt li ntilfu impjiegi fl-oqsma tal-lukandi u r-ristoranti, ħafna minn dawn il-ħaddiema immedjatament sabu impjieg alternattiv fosthom f’oqsma li sabu domanda ogħla waqt il-pandemija bħal supermarkets u deliverypersons. Is-Segretarju Parlamentari semma li din id-domanda għadha qawwija ferm.

Fisser ukoll kif permessi li kienu laħqu ġew approvati lil ħaddiema imma li skadew peress li ma setgħux jiġu f’pajjiżna, se jiġu estiżi b’9 xhur. Id-disa’ xhur se jkopru anke lil cittadini ta’ pajjiżi li llum għadhom mhux fil-lista ta’ vjaġġar sigur lejn pajjiżna.

Dwar applikazzjonijiet li kienu pendenti f’Marzu li għadda, dawn se jiġu assessjati mill-ġdid. Dan fid-dawl tal-iżviluppi li kien hemm fir-rekweżiti u s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend