It-Tempji tal-Imnajdra u ċ-Ċentru tal-Viżitaturi se jinfetħu bi prezz ridott – One News

Notifiki

It-Tempji tal-Imnajdra u ċ-Ċentru tal-Viżitaturi se jinfetħu bi prezz ridott

Fi tmiem li ġej tissewwa t-tinda tat-tempju ta’ Ħaġar Qim u għalhekk dan is-sit se jkun magħluq għall-pubbliku.

Dan wara li f’Diċembru li għadda, din it-tinda ġarrbet xi ħsarat kawża ta’ maltemp qalil li ħakem il-gżejjer Maltin.

Fi stqarrija Heritage Malta qalet li t-tiswijiet ma setgħux isiru qabel peress li l-ħaddiema u l-materjal ma setgħux jinġiebu Malta minħabba l-għeluq tal-arjuporti madwar id-dinja.

Ħabbret wkoll li t-Tempji tal-Imnajdra u ċ-Ċentru tal-Viżitaturi se jkunu miftuħa għall-pubbliku bi prezz ridott.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend