Biljunarji jispiċċaw vittmi ta’ hacking fuq Twitter – One News

Notifiki

Biljunarji jispiċċaw vittmi ta’ hacking fuq Twitter

Il-biljunarji Elon Musk, Jeff Bezos u Bill Gates kienu fost diversi personalitajiet prominenti fl-Istati Uniti li sfaw vittma ta’ hacking fuq Twitter, u ppubblikaw offerti qarrieqa.

Il-hackers kitbu fuq il-profil ta’ Bill Gates li jekk min qed jaqra jibgħatlu elf dollaru f’forma ta’ muniti diġitali, huwa jirdoppja l-ammont u jibagħtilhom id-doppju tal-flus lura.

B’reazzjoni għal dak meqjus bħala wieħed mill-agħar attakki online, il-Kap Eżekuttiv ta’ Twitter qal li l-attakk kien koordinat u jinsab iddispjaċut ħafna b’dak li ġara.

Żied li qed jittieħdu passi sinifikanti biex jiġi limitat l-aċċess intern sakemm titlesta l-investigazzjoni biex il-kumpanija tipprova tifhem x’ġara.

Il-profili uffiċjali ta’ Barack Obama, Joe Biden u Kanye West ukoll talbu donazzjonijiet ta’ muniti diġitali f’dan l-eżerċizzju ta’ hacking.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend