Rajt kummenti fil-ġurnali online dwar il-President li jħalluni bla kliem. Insulti, attribuzzjoni ta’ motivi ulterjuri, dispreżż ċar u tond u dan minħabba li qeda l-funzjoni tiegħu taħt l-Artiklu 90 tal-Kostituzzjoni. Wieħed jista’ ma jaqbilx mal-President, imma hemm limiti tal-prudenza. Jien mhux se niddejjaq ngħidha li waqt li rajt d-dikjarazzjoni tal-President u qbilt magħha kompletament, meta ġejt għall-parti “tal-liġi tan-neċessità” la fhimtha u lanqas naqbel magħha fiċ-ċirkostanzi. Liġi tan-neċessità kieku kellu jieħu deċiżjoni urgenti minħabba l-pandemija. Imma mhux meta fisser il-Kostituzzjoni sewwa, u kif kull espert kostituzzjonali fil-Commonwealth kien ifissirha.
Imma l-insulti u prattikament tgħajjir, jekk mhux ukoll kwazi li hu korrott, bdew ħerġin qishom tifħir u glorja.
Jekk tara hemmx liġi li tipproteġi dan, bħal ma hemm f’pajjiżi oħra, ma nsibu xejn, u dan ħtija tal-Partit Laburista fil-gvern. Fil-Ġermanja, fi Spanja, fl-Olanda (fejn hemm id-demokratiku Omzigt) u naturalment l-Italja fl-artiklu 278 tal-Kodiċi Kriminali tagħhom li jsemmi l-vipipendju (jew tmaqdir bla razan) tal-President tar-Repubblika għandhom liġijiet li jrażżnu din it-tip ta’ mġiba għax tmur kontra s-simbolu ewlieni tal-Istat.
Illum il-President tar-Repubblika jekk tinsultah u tmaqdru fil-qadi ta’ dmirijietu ma teħel xejn. Imma jekk tagħmel l-istess atti dwar pulizija allura hemm ligi li saħanistra ħraxet fil-piena tagħha. Taħt l-Artiklu 95 tal-Kodiċi Kriminali spiss ikun hemm kawżi ta’ din in-natura minħabba l-pulizija.
Taħt il-Liġi tal-Istampa qabel Kapitlu 248, kien hemm l-artiklu 5 speċjali fuq minn jinġurja u jagħti malafama lill-President tar-Repubblika. Jiddispjaċini ngħid li biex nidhru progressivi u liberali, dan l-artiklu sparixxa, u llum forsi wieħed jista’ remotament jargument li l-istess liġi tal-pulizija tapplika għall-President!
Mur ġib kieku għad kellna gvernatur, u t-Times tittanta tikteb editorjal fejn tistaqsi jekk il-President għenx lid-demokrazija jew le, meta ta rikonoxximent lill-partiti politiċi, u naturalment fi ftit kliem jgħid li mhux demokratiku. Dawn huma l-istess klikek li fl-imgħoddi (1981) kienu jgħidu li d-demokrazija trid mhux siggijiet u membri eletti imma kemm voti ġab il-partit bla l-ewwel preferenza.
Sinċerament nistenna li l-Parlament isewwi l-iżbalji li neħħa l-Artiklu 5 tal-Liġi tal-Istampa.
Il-klikka ta’ nies li hargu qatta bla habel kontra l-President u d-decizjoni li ha dwar Delia, huma l-istess nies li issa ilhom zmien jilghabuha tal-pampaluni tad-demokrazija u ta’ qaddisin mexjin fuq l-art. L-istess nies li jmorru jixghelu x-xemghat quddiem il-monument fil-Belt biex jaghtu gieh lil persuna li inqatlet intortament b’mod makabru, u li, minkejja li kellha pinna tajba, u bis-sahha tal-kuntatti investigattivi li ghamlu t-tfal taghha aktarx b’ finanzjament minn barra (Soros, forsi?), ghal hafna u hafna nies iktar tibqa’ msemmija ghall-kitba diviziva taghha u ghall-velenu li kienet ixxerred fuq kull min b’xi mod kien imcappas mall-Labour.
Din l-istess klikka ta’ nies li qedin jinqdew bil-memorja taghha biex ikomplu l-missjoni li kienet bdiet hi biex jaraw lil min iridu huma jiggverna l-Malta. Jahsbu li ghadom dritt sagrosant mghoti mis-sema biex jikkmandaw u jiddettaw. Jaraw lill-kumplament tal-Maltin bhala nferjuri u mhux tal-livell taghhom.
Issa wara seba’ snin indannati jaraw lil Malta mmexxijja minn gvernijiet tal-Labour, tiffjorixxi b’ekonomija aktar b’sahhitha minn qatt qabel u bi progress kbir li sar f’kull qasam tal-hajja, dawn l-istess nies qedin jaraw xenarju fejn se tasal elezzjoni ohra fl-2022, li b’Delia bhala kap ineffettiv u nkompetenti tal-PN, tidher li se tkun telfa ohra umiljanti ghalihom. Imbghad iridu jghaddu 5 snin ohra biex jerga’ jkollhom cans iehor jiggvernaw. X’ma jindannawx! X’ma jkunux mahruqin! X’ma jippruvawx minn kollox biex itajjru lill-Delia u jpoggu minfloku xi pupazz minn taghhom! X’ma jivvintawx gideb u nsinwazzjonijiet fuq kull min hu b’xi mod imdahhal mall-Labour! X’ma jtambrux fuq il-korruzzjoni ma kull cans li jkollhom!
Dawn huma l-klikka tal-establishment ta’ Malta, nies li ghandom l-appogg ta’ minoranza ta’ ftit eluf imma li jafu jaghmlu hafna hoss bis-sapport tal-midja konservattiva bhat-Times u Independent. Aqraw ftit l-edtorjali zbilancjati ta’ dawn iz-zewg gurnali jew il-hafna ittri li jxandru tas-segwaci tal-kawza taghhom, u fl-istess hin hafna drabi jiccensuraw ittri minn segwaci tal-Labour li ma jdoqqux ghall-widnejhom.
Jiena nittama li l-Gvern tal-Labour jibqa’ miexi fit-triq tal-progress, jinjora t-tingiz u provokazzjoni taghhom u nkomplu nissahhu u nkattru l-gid ghall-Maltin kollha. Il-futur ghalina huwa wiehed sabih. Taghhom hu dalma kerha.
NAQBEL,,PAWL IMMA GHAD FADAL LABURISTI LI QED IBATU, JAFU MIN HUMA,,