Mil-lum l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fetaħ il-bibien tiegħu għal 28 pajjiż ġdid meqjusa siguri kontra l-pandemija tal-Covid-19.
Dawn il-pajjiżi huma r-Renju Unit, il-Belġju, il-Bulgarija, l-Olanda, il-Kanada, l-Awstralja, New Zealand, il-Korea t’Isfel, Andorra, Monaco, San Marino, ċ-Ċina, il-Vatikan, l-Irwanda, l-Urugwaj, Slovenja, il-Ġappun, il-Marokk, it-Tajlandja, it-Tuneżija, il-Portugall, ir-Rumanija, il-Libanu, l-Indoneżja, l-Emirati Għarab Maqgħuda, it-Turkija, il-Ġordan u l-Liechtenstein.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin iħeġġu lil kull min jivjaġġa barra minn xtutna sabiex ikompli josserva l-miżuri ta’ prekawzjoni u jżomm il-bogħod minn folol kbar ta’ nies.